Tuesday, December 24, 2024

Tmut Lisa Marie, l-unika wild ta’ Elvis Presley

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Id-dinja bħalissa tinsab maħsuda wara li fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt ta’ Lisa Marie Presley, l-unika bint tal-kantant rinomat Elvis Presley, fl-età ta’ 54 sena. Fil-11 ta’ Jannar li għadda, jumejn ilu, hija attendiet għaċ-ċerimonja tal-Golden Globes, ċerimonja li fiha ngħataw diversi premijiet lill-atturi.

Sorsi tal-midja fl-Istati Uniti qalu li Lisa Marie kellha tittieħed l-isptar urġenti minħabba li sofriet minn attakk tal-qalb. Huma qalu wkoll li hi nstabet mitlufa minn sensiha fid-dar tagħha f’Kalifornja.

Kienet Priscilla Presley, omm Lisa Marie, li ħabbret il-mewt tat-tifla tagħha. Però, s’issa għadha ma żvelatx ir-raġuni li kkawżat il-mewt ta’ bnitha. Hija ddiskriviet lil Lisa Marie bħala mara b’passjoni kbira u kuraġġuża.

Lisa Marie twieldet fl-1968. Missierha kien ta’ inspirazzjoni kbira għaliha u kien għalhekk li bdiet il-karriera tagħha fil-mużika. Matul il-karriera tagħha bħala kantanta, hija rnexxielha toħroġ tliet albums li nbiegħu madwar id-dinja kollha.

Minbarra l-karriera, Lisa Marie kellha wkoll għal qalbha t-tfal tagħha li tant kienet tgħożż: it-tewmin Harper u Finley, u t-tifla Riley Keough.

S’issa għad m’hemm l-ebda dettalji fuq il-funeral.

Ekonomija

Sport