Sunday, November 24, 2024

Tnaqqis fost dawk li qalu li l-politika hi importanti f’ħajjithom

Aqra wkoll

Fil-Palazz Verdala tħabbru r-riżultati tat-tielet stħarriġ xjentifiku dwar l-istat tan-nazzjon mill-istatistiku Dr Vincent Marmarà. Dan l-istudju jikkonsisti f’kampjun ta’ 1,064 persuna minn 16-il sena ‘l fuq. Il-margin of error huwa ta’ +/-3%.

Ġie rreġistrat tnaqqis f’dawk li qalu li l-politika hija importanti ħafna f’ħajjithom, filwaqt li kien hemm aktar nies minn sena għall-oħra li qalu li l-politika ma tinteressahom xejn. Dawn ir-riżultati jindikaw li n-nies ikunu ddejqu jisimgħu dwar politika.

Ftit inqas minn 70% ta’ dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ qalu li huma se jivvotaw fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Huma biss 11.3% tan-nies li qalu li mhux se jivvotaw.

Ftit aktar minn 46% tan-nies qalu li l-midja Maltija “la ħafna u lanqas xejn” tirrapporta u tiddiskuti suġġetti li jikkonċernaw lilhom. It-televiżjoni u l-portals tal-aħbarijiet fuq Facebook baqgħu l-aktarr mezzi segwiti biex in-nies isegwu l-aħbarijiet.

Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin (88.5%) jaħsbu li l-avvenimenti li jseħħu barra minn Malta qed jaffettwawna ħafna aktar minn dawk li seħħew għaxar snin ilu.

Għalkemm ir-riżultati huma simili ħafna għal dawk as-snin preċedenti ta’ min jinnota li kien hemm naqqis marġinali ta’ 4.3% mis-sena 2022 għas-sena 2023.

Sport