Wednesday, April 24, 2024

Tnax-il persuna tilfu ħajjithom f’nirien kbar li żvolġew fi blokka bini f’Philadelphia

Aqra wkoll

Madwar 12-il persuna tilfu ħajjithom filwaqt li għexieren sofrew ġrieħi f’nirien li żvolġew ġewwa blokka appartamenti ta’ tliet sulari fil-belt ta’ Philadelphia ġewwa l-Istati Uniti. 

Id-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar ta’ Philadelphia qal li fost il-vittmi kien hemm tmint itfal. Uffiċjali tat-tifi tan-nar stqarrew li n-nirien kienu kbar ħafna, b’uħud saħansitra jgħidu li kienu l-ikbar li qatt esperjenzaw. 

Hu mifhum li fil-ħin li żvolġew in-nirien b’kollox kien hemm 26 persuna fil-blokka u  tmienja minn dawn irnexxielhom joħorġu bla mittiefsa. L-uffiċjali qalu li l-aħħar spezzjoni li saret fil-binja kienet fl-2020 u kien instab li l-erba’ some detectors kienu jaħdmu normali. Iżda ġara li għal xi raġuni  fil-każ li seħħ fl-aħħar sigħat dawn ma ħadmux. 

L-awtoritajiet tal-belt qalu li fil-preżent huma mhux qed jikkunsidraw dawn in-nirien bħala suspettużi, iżda xorta waħda se jkun hemm investigazzjoni intensiva.

Sport