Tuesday, December 24, 2024

Tnejn jammettu li ħatfu ġiżirana minn għonq tifla li ma tiswiex aktar minn €23

Aqra wkoll

Żewġ żgħażagħ ammettew li l-Erbgħa li għadda ħatfu ġiżirana minn għonq tifla minorenni.
Il-Pulizija akkużaw lil Naser Karim Huseyn ta’ 21 sena mis-Sirja li wettaq is-serqa fi ġnien fil-Belt Valletta filwaqt li ġuvni ta’ 17-il sena, ukoll mis-Sirja, ġie mixli li aġixxa bħala kompliċi.

L-Ispettur Kevin Pulis spjega fil-Qorti kif il-pulizija kienet irċeviet rapport fl-Għassa tal-Belt Valletta fejn tifla minorenni u missierha rrappurtaw is-serq ta’ ġiżirana, li ma tiswiex aktar minn €23. It-tifla kienet tat deskrizzjoni dettaljata taż-żewġ imputati li wasslet għall-arrest tagħhom.

Meta l-Ġimgħa tressqu quddiem il-Maġistrat Victor G. Axiak, iż-żewġ imputati wieġbu ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom, b’Huseyn jiġi kkundannat 12-il xahar ħabs sospżi għal sentejn mentri l-imputat l-ieħor tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal żmien sentejn minħabba l-età tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Gabriel Micallef.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss
Ekonomija

Sport