Monday, March 18, 2024

Tite jirriżenja minn coach tal-Brażil

Aqra wkoll

Tite rriżenja minn coach tal-Brażil wara l-eliminazzjoni xokkanti mit-Tazza tad-Dija. 

Il-Brażil sfaw megħluba mill-Kroazja 4-2 bl-għoti tal-penalties wara li l-logħba ntemmet fi draw ta’ 1-1, wara l-ħin barrani. 

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret wara l-partita, Tite sostna li proprju l-eliminazzjoni kienet “it-tmiem taċ-ċiklu tiegħi mat-team nazzjonali tal-Brażil”.

B’hekk l-FA Brażiljana issa tibda tfittex is-suċċessur tiegħu biex imexxi lit-team lejn il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2026, li se tkun komposta minn 48 team u se ssir fl-Amerika ta’ Fuq. 

Ekonomija

Sport