Żewp persuni kellhom jiddaħlu l-Isptar wara li għall-ħabta ta’ nofsinhar kienu involinvoluti f’inċident li seħħ fis-central link f’Ħ’Attard, fi Triq Tumas Chetcuti.
Wieħed mill-persuni li ddaħal l-isptar hu raġel ta’ 62 sena residenti Ħal Tarxien filwaqt li l-identità tal-persuna l-oħra s’issa għadha mhix magħrufa.
Jidher li s-sewwieq tilef il-kontroll u ħabat waħdu hekk kif ma kellu l-ebda impatt ma’ vettura oħra.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei li assistew liż-żewġ persuni.
Il-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.
