Tottenham iffirmaw lill-winger Brażiljan Savinho mingħand Manchester City għal somma inizjali ta’ £75 miljun. Il-player ta’ 22 sena ngħaqad ma’ Spurs b’kuntratt fit-tul, b’£10 miljun oħra possibbli f’bonuses. It-trasferiment kien ilu jiġi diskuss għal aktar minn sena, wara li Tottenham kienu ppruvaw jiffirmawh is-sajf li għadda.
Savinho għażel li jibqa’ ma’ Manchester City, iżda l-ħin tiegħu fil-ground kien limitat taħt Pep Guardiola, fejn beda biss seba’ logħbiet fil-Premier League fl-istaġun li għadda.
Huwa qal li jinsab kuntent ħafna li ngħaqad ma’ club kbir u li jemmen li jista’ jilħaq l-ogħla livell taħt il-coach, Roberto De Zerbi.
Savinho kien ingħaqad mas-City fl-2024 għal £30.8 miljun u għamel 84 dehra, fejn skorja seba’ goals u pprovda 16-il assist. Tottenham qed ikomplu jsaħħu l-iskwadra, filwaqt li jinsabu wkoll f’taħditiet avvanzati biex jiffirmaw lil Omar Marmoush mingħand City.




