Tuesday, December 24, 2024

Toħroġ l-ewwel purċissjoni tal-Bambin għal din is-sena

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Wara tant stennija, ħarġet l-ewwel purċissjoni tal-Bambin għal din is-sena ġewwa l-Birgu mill-Knisja Dumnikani tal-Lunzjata. Din is-sena għandha tifsira akbar hekk kif id-dimostrazzjoni tal-bambin tagħlaq 100 sena.

Il-Pirjol tal-Kunvent Dumnikan tal-Lunzjata, il-Birgu, Fr Aaron Zahra rringrazzja lill-Awtoritajiet kollha involuti biex din il-purċissjoni setgħet issir, fosthom l-MTA, Saħħa, l-Għassa ta’ Bormla, LESA u l-Kunsill Lokali tal-Birgu.

Huwa rringrazzja wkoll lill-volontiera kollha li ħadu ħsieb biex jitħarsu d-direttivi u r-residenti minn fejn għaddiet il-purċissjoni u lill-Kor tal-Knisja tagħhom. 

Ma naqasx ringrazzjament lill-ġenituri tal-kulleġġ San Albert il-Kbir li ħadu sehem flimkien mat-tfal.

Fl-aħħar jiem, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne kkonferma li l-purċissjonijiet bil-Bambini jistgħu jsiru skont il-protokolli u mingħajr barrikati.

Ftit wara li ġiet ikkonfermata din l-aħbar, bdew il-preparament biex dawn il-purċissjonijiet jibdew isiru. Fost l-oħrajn kien hemm l-Arċipriet tal-Isla, Fr Robin Camilleri li qal li huma se jkunu qed jagħmluha. 

Ekonomija

Sport