Friday, November 15, 2024

Tom Cruise b’dehra pjuttost eleganti minkejja li għalaq is-60

Aqra wkoll

L-attur Tom Cruise li riċentament għadu kemm ħadem fis-sequel “Top Gun” u ħadem ukoll fis-seba’ film ta’ “Mission Impossible” li se joħroġ is-sena d-dieħla, jidher li mhux beħsiebu jtemm il-karriera tiegħu għalissa minkejja li skorra s-60 sena.

Cruise, li ċċelebra s-60 sena tiegħu fit-3 ta’ Lulju li għadda, għadu jidher pjuttost eleganti u gustuż għall-età li għandu. Hemm numru ta’ fatturi li jgħinuh iżomm fiżika impressjonanti.

Għal min ma jafux, Cruise huwa ffissat fuq l-eżerċizzju fiżiku. Huwa jagħmel ħafna workouts bil-weights, eżerċizzju fuq it-treadmill, kif ukoll taħlita ta’ attivitajiet fiżiċi oħra, fosthom kayaking.

Fattur ieħor interessanti huwa li Cruise meta jingħata karattru ġdid jaħtaf l-opportunità biex jagħmel daqsxejn riċerka biex ikun jista’ jidħol aħjar fil-karattru. Marshall Herskovitz, producer ta’ “The Last Samurai” spjega kif Cruise tant daħal b’ruħu u ġismu għar-riċerka dwar il-karattru li interpeta, li saħansitra “kiseb informazzjoni daqskemm issib f’librerija”.

Fl-2020 kienet ġriet ix-xniegħa li Cruise adotta dieta b’nuqqas ta’ karbojdrati li allegatament ma setax jieħu iktar minn 1,200 kalorija kuljum.

Cruise huwa raġel b’determinazzjoni kbira li ma jaqta’ qalbu minn xejn fil-ħajja. F’intervista li kellu ma’ “Men’s Health” huwa qal li meta jkun hemm xi ħaġa li jsibha diffiċli jqisha bħala “xi ħaġa interessanti” u jipprova jsib xi mod kif jista’ jwettaqha.

Ekonomija

Sport