Sunday, December 22, 2024

Ton Ton Laferla Insurance jirbaħ ir-Royal Malta Yacht Club Winter Coastal Series

Aqra wkoll

Ton Ton Laferla Insurance issiġilla l-ewwel rebħa tas-sena,  fi tmiem il-ġimgħa il-għaddiet, meta r-Royal Malta Yacht Club ospita l-aħħar tiġrija tas-Serje tax-Xitwa, li kienet mifruxa fuq tliet partijiet.  Is-Serje rat flotta ta’ daqs tajjeb tikkompeti f’tlielaq qosra kostali u

Tlielaq Kostali

Ton Ton Laferla kiseb ir-rebħa b’punt vantaġġ fuq Pep ta’ Mark Camilleri, li b’mod konsistenti dehru li kienu qed jiġru wara Ton Ton  matul is-Serje kollha. Fit-tielet post, u l-ewwel fil-Klassi Cruisers kien il-jott Pippus ta’ David Anastasi, li għamlet id-debutt tagħha  fil-flotta tat-tlielaq tal-Club.

Flotta SB20

Is-Serje rat  l-inklużjoni tal-flotta SB20, klassi ta’ dgħajjes b’disinn wieħed li rat żieda fil-interess u parteċipazzjoni minħabba l-antiċipazzjoni tal-Kampjonati Ewropej, li din is-sena ser jsiru f’Malta f’Settembru. Matul is-Serje, Sayonara Baby ta’ Craig Farrugia Vella, tat prestazzjoni konsistenti, iżda  sfortunatament il-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp fl-aħħar jum tas-serje. ikkawżat li t-tlielaq jiġu kkanċellati.

Il-Club issa qed iħejji għar-Regatta li jmiss tiegħu li se ssir f’Għawdex bejn is-16 u d-19 ta’ Marzu u l-ewwel tiġrija tiegħu offshore, l-International Yacht Paints Marzamemi Regatta li se ssir f’Mejju, u li mistenni jara flotta mdaqqsa tieħu sehem.

Ekonomija

Sport