Monday, December 9, 2024

Jinżamm arrestat wara li nstab ħati li qabbad karozza f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 44 sena residenti Ħal Qormi inżamm arrestat wara li fil-Qorti wieġeb li mhux ħati li fl-aħħar ta’ Frar,  ta n-nar karozza misruqa minn Ħal Qormi stess.

Quddiem il-Maġistrat Charmaine Gauci, il-Prosekuzzjoni spjegat kif l-akkużat ġie identifikat mill-cameras tas-sigurta’ meta daħal jixtri flixkun birra minn ħanut tal-ħelu.

Il-pulizija qalu li għandhom ukoll filmati tal-akkużat jagħti n-nar lill-istess vettura. L-avukati difensuri għamlu talba għall-ħelsien mill-arrest, bil-prosekuzzjoni toġġezzjona bil-qawwa kollha minħabba li l-fedina penali mhux waħda netta.

Id-Difiza argumentat li l-Pulizija għandha l-filmati fil-pussess u li għalhekk m’hemm l-ebda biża’ ta’ kontaminazzjoni ta’ provi. Il-Maġistrat Charmaine Gauci ma laqgħetx t-talba tad-Difiża u żammet lill-imputat arrestat. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Joseph Camilleri Azarov mill-uffiċċju tal-avukat ġenerali, flimkien mal-Ispetturi Jeffrey Scicluna u Keith Rizzo. 

Għall-akkużat dehru l-avukati Alfred Abela u Rene Darmanin.

Ekonomija

Sport