Sunday, December 22, 2024

Tony Demanuele il-president il-ġdid tal-MDA

Aqra wkoll

Tony Demanuele ġie maħtur bħala l-president tal-Malta Darts Association wara laqgħa ġenerali annwali li saret il-Ġimgħa li għaddiet.

Waqt din il-laqgħa kien hemm in-nominazzjonijiet il-ġodda li minnhom intgħażlu l-membri l-ġodda fl-amministrazzjoni ta’ din l-assoċjazzjoni.

Hekk kif Demanuele laħaq bħala l-president, Emanuel Borg u Joe Borg ġew maħtura bħala l-viċi-presidenti l-ġodda bi Steven Galea li se jkun it-teżorier u b’David Portelli bħala uffiċjal internazzjonali.

Il-kumitat il-ġdid ħatar lil Ray Gera bħala s-segretarju ġenerali temporanju sakemm timtela’ din il-kariga.

Ekonomija

Sport