Sunday, December 22, 2024

Tork bi ġrieħi gravi wara li waqa’ żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet f’Ħal Balzan

Aqra wkoll


Tork ta’ 36 sena residenti Birżebbuġa, weġġa’ wara li waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kien qiegħed jaħdem f’kunvent.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15 a.m, fi Triq Idmejda, Ħal Balzan.

Fuq il-post issejħu tim mediku u l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport