Sunday, December 22, 2024

Tork mhux ħati li weġġa’ gravi raġel fl-2015

Aqra wkoll

Ulas Sevil – Tork ta’ 42 sena nħeles minn kull akkuża wara li ma nstabx ħati li fl-1 ta’ Ottubru tal-2015 waqt li kien fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta weġġa’ gravi lil Denis Agius.

Il-Magistrat Nadine Sant Lia li semgħet il-kawża qalet li l-Prosekuzzjoni ma rnexxielix tressaq biżżejjed provi biex turi biċ-ċar li kien Ulas Sevil li weġġa’ gravi lil Agius.

L-unika prova li tressqet quddiem il-Qorti kienet ix-xhieda ta’ Agius stess u għaldaqstant, għal Qorti dan ma kienx biżżejjed. 

Fix-xhieda tiegħu Agius qal li dan il-każ seħħ tmien snin ilu, u llum hu nieqes ħafna mid-dawl ta’ għajnejh. Stqarr li hu ma jrid xejn mingħand l-akkużat. Dakinhar tal-każ kien inqala argument fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta fejn Agius kien spiċċa l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. Hu kien iddentifika lil Ulas Sevil bħala l-persuna li agreditu.

Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li hi tqis li l-provi tal-prosekuzzjoni u x-xhieda f’dan il-każ, l-istess prosekuzzjoni ma rnexxielihix tipprova l-każ u turi biċ-ċar il-ħtija tat-Tork.

Kien għalhekk li l-Maġistrat Nadine Sant Lia lliberat lit-Tork minn kull akkuża.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Daryl Borg.

Ekonomija

Sport