Wednesday, July 24, 2024

ARA: Ittir mejda għal fuqha fl-Imrieħel

Aqra wkoll

Mara tista’ tgħoddha b’waħda wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-12:15 p.m kienet involuta f’inċident fil-bypass tal-Imrieħel direzzjoni lejn Ħ’Attard.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara li kienet qiegħda ssuq karozza tal-għamla BMW meta taret għal fuqha mejda li kienet qiegħda tinġarr fuq is-saqaf tal-vettura ta’ quddiemha.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li taw l-ewwel assistenza lill-mara li sofriet minn xokk qawwi kawża tal-inċident.

Issejħu wkoll uffiċjali tal-LESA u dawk minn Transport Malta biex ikunu jistgħu jidderiġu t-traffiku sakemm il-pulizija kompliet bl-investigazzjonijiet tagħha.

Ekonomija

Sport