Wednesday, March 27, 2024

Tottenham Hotspur jibqgħu bl-interess f’Adama Traore

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur għad għandhom interess sod f’Adama Traore u jistgħu jagħmlu offerta għall-attakkant ta’ Wolves qabel tmiem it-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

Spurs kienu marbuta b’mod qawwi mal-internazzjonali ta’ Spanja f’Jannar, iżda huwa minflok reġa’ ngħaqad ma’ Barcelona b’self għat-tieni nofs tal-istaġun 2021-22.

Il-player ta’ 26 sena kien wieħed regolari għat-team immexxi minn  Xavi matul l-istaġun li għadda, għamel 11-il dehra fil-La Liga, u pprovda żewġ assists, filwaqt li rreġistra wkoll żewġ assists f’sitt logħbiet tal-UEFA Europa League.

Ekonomija

Sport