Il-Brittaniku, Mark Cavendish, li huwa fost il-favoriti li jirbaħ it-Tour de France ta’ din is-sena, sabħa ferm diffiċli biex f’din l-ewwel tappa spiċċa 39 minuta wara l-peleton.
Kien il-Franċiż Romain Bardet tad-DSM-Firmenich-PostNL li rebaħ il-Grand Depart minn Firenze għal Rimini fl-Italja.
Il-kollega ta’ Bardet, Frank van den Broek, temm fit-tieni pożizzjoni wara li attakka u fetaħ vantaġġ fuq il-grupp biex temm ftit sekondi wara l-istess Bardet.
Cavendish, ta’ Astana-Qazaqstan, qed jipprova jikser ir-rekord tat-Tour de France ta’ 34 rebħa tal-istadji li qed jaqsam mal-leġġenda Belġjan, Eddy Merckx.
Iċ-ċiklista ta’ 39 sena reġa’ rritorna propjru s-sena l-oħra wara li kien iritira meta kien ftit ċentimetri ‘l bogħod milli jikser dan ir-rekord qabel ma abbanduna t-tellieqa minħabba li kiser il-ġewża ta għonqu wara ħabta.
Cavendish qasam il-linja ma’ sieħbu Fabio Jakobsen ta’ DSM b’10 minuti qabel il-limitu tal-ħin tal-eliminazzjoni.
Kien hemm spekulazzjoni li Cavendish ma kienx f’siktu waqt din it-tappa minħabba l-kundizzjonijiet ta’ sħana iżda mistenni jkompli f’dak li hu maħsub li se jkun l-aħħar Tour tiegħu.