Friday, July 19, 2024

Grech jgħid li l-PN jiltaqa’ u jisma’ lin-nies kemm f’Malta u kif ukoll f’Għawdex

Aqra wkoll

F’Malta u Għawdex il-Partit Nazzjonalista qed jiltaqa’ u jisma’ lin-nies. Fl-Indipendenza li ġejja se jitħabbar l-ewwel grupp ta’ kandidati għall-elezzjoni ġenerali, tiġi meta tiġi.

Dan qalu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech f’kollegament telefoniku waqt programm televiżiv, fejn spjega qatta’ tmiem il-ġimgħa fil-gżira Għawdxija sabiex jisma’ l-isfidi li n-nies għaddejjin minnhom ta’ kuljum.

Irrimarka kif il-Partit Nazzjonalista li huwa mmexxi minnu mhux biss jippjana, imma wkoll jaqsam l-esperjenzi li jkunu għaddejjin minnhom n-nies. Dwar il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, Grech qal li l-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija għandha tibda tinħatar biż-żewġ terzi tal-Parlament.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport