Friday, October 4, 2024

Tpartit bejn Federico Chiesa u Raheem Sterling?

Aqra wkoll

Id-diriġenti ta’ Chelsea u Juventus qegħdin jiltaqgħu sabiex jiddiskutu pjan bejniethom dwar tpartit possibbli ta’ xi plejers. Fil-fatt l-attakkant internazzjonali Taljan Federico Chiesa jista’ jgħaddi għand il-Blues li min-naħa tagħhom jagħtuhom lil Raheem Sterling.

Dan kollu jista’ jkun possibbli speċjalment biex jonqsu l-flus minfuqa miż-żewġ naħat partikolarment Juventus li qed jippruvaw iżommu l-budget tagħhom stabbli.

Iż-żewġ plejers kapaċi jsibu aktar spazju mat-tim eventwali tagħhom u kollox jista’ jseħħ fil-jiem li ġejjin dejjem jekk ikun hemm qbil.

Sport