Fl-ewwel xhur wara li mara ssir omm, il-biċċa l-kbira tan-nies ikunu qed jaġġustaw għal din il-bidla enormi tal-ħajja u forsi ġeneralment ma jkunux qed jaħsbu biex ikollhom aktar tfal minnufih.
Madankollu, għal omm li tgħix ġewwa l-Amerka dan ma kienx il-każ hekk kif ftit ġimgħat wara li kellha l-ewwel tarbija baqgħet meraviljata bil-fatt li reġgħet kienet tqila u din id-darba b’tewmin.
Il-koppja Shaylee Bush u r-raġel tagħha Mykel kienu tassew ferħanin bit-twelid tal-ewwel bint tagħhom li semmewha Haisley, wara li l-mara sfortunatament kienet sofriet minn korriment.
It-tnejn li huma kienu għadhom qed jidraw il-fatt li saru ġenituri għall-ewwel darba meta ngħataw l-aħbar li kien se jkollhom tewmin dalwaqt.
Fil-fatt iċ-ċkejkna Haisley kien għad kellha biss ftit xhur meta l-omm welldet lit-tewmin ftit inqas minn 11-il xahar wara li kellha lil bintha. It-tewmien ingħataw l-isem ta’ Harlow u Oaklyn.
L-omm stqarret li kienet tassew ferħana li wara li sofriet minn korriment hija welldet tliet ibniet f’inqas minn sena li żgur u mhux forsi jġibulha tant ferħ f’ħajjitha u tinsab eċitata għal dak li għandu x’joffri l-futur.