Monday, July 13, 2026
Home Aħbarijiet Kronaka Trakk jinħakem minn nirien fl-inħawi tal-Għadira

Trakk jinħakem minn nirien fl-inħawi tal-Għadira

0
9

Kien għall-ħabta tad-8.45am meta il-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ġew informati li fi Triq il-Marfa kien hemm trakk li kien inħakem minn nirien.

L-uffiċjali marru mill-ewwel fuq il-post fejn bdew jikkontrollaw in-nirien filwaqt li l-pulizija bdew jikkontrollaw it-traffiku u jinvestigaw dan il-każ.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident hekk kif is-sewwieq irnexxielu joħroġ waħdu mit-trakk.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here