Saturday, October 26, 2024

Transport Malta lura għan-normal bis-sistema kompjuterizzata tal-Liċenzja tas-Sewqan u tal-Vettura

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Transport Malta tixtieq tinforma lill-klijenti tagħha illi s-sistema kompjuterizzata tal-Liċenjza tas-Sewqan u tal-Vettura ġiet lura għan-normal. Għalhekk, minn dalgħodu, l-Awtorita` ser tiftaħ l-uffiċini tagħha fil-binja A3 Towers f’Raħal Ġdid fejn il-klijenti jistgħu jiġu u jinqdew għat-transazzjonijiet relatati ma’ reġistrazzjoni, tibdil fi-sid tal-karozza jew transazzjonijiet oħra relatati mal-liċenzji tas-sewqan.

L-uffiċini tal-Liċenzja tas-Sewqan u tal-Vettura (DVLU) f’Ħal Lija ser jibqgħu magħluqin sakemm jinħareġ avviż ieħor.  Madanakollu, il-klijenti jistgħu jiddepożitaw id-dokumenti tagħhom f’Ħal Lija u dawn jistgħu jinġabru l-għada.  Dan is-servizz jingħata mill-ewwel fl-uffiċini ta’ Raħal Ġdid.

Is-servizzi fl-uffiċini ta’ Transport Malta f’Għawdex baqgħu jingħataw b’mod regolari mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

It-transazzjonijiet li ġew depożitati din il-ġimgħa, kemm f’Raħal Ġdid u anka f’Ħal Lija, ser jiġu proċessati fil-weekend. Il-klijenti jistgħu jiġbru dawn it-transazzjonijiet kemm minn Raħal Ġdid u kemm minn Ħal Lija, minn nhar it-Tnejn filgħodu.

Sport