Ħafna qed iqisu li t-trasferiment li sar bejn Inter u Juventus għall-akkwist tal-plejer Kolombjan Juan Cuadrado hu wieħed stramb u mingħajr ebda raġuni.
Bosta partitarji Interisti tkellmu fuq il-midja soċjali fejn qalu li dan hu trasferiment fażull u ma jifhmux kif id-diriġenza kellhom jagħżlu prorpju lilu.
Sadanittant, ħaġa tal-iskantament, Cuadrado tkeċċa fil-logħba mill-Coppa Italia tas-sena l-oħra kontra Inter meta kien ma’ Juventus u issa jrid jiskonta s-sospensjoni proprju man-Nerazzurri.
Cuadrado kien ilu tmien staġuni ma’ La Vecchia Signora.