Saturday, November 23, 2024

Trump fuq quddiem biex jirbaħ in-nomina tar-Repubblikani

Aqra wkoll

L-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump qiegħed fuq quddiem biex jirbaħ in-nomina biex ikun hu li jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali s-sena d-dieħla f’isem ir-Repubblikani.

Minkejja kull “gwerra” li qegħdin jagħmlu kontrih tant li qiegħed jiffaċja akkużi serji quddiem qrati Amerikani, Trump baqa’ jiġbed is-simpatija tan-nies tant li skont stħarriġ tal-opinjoni pubblika qiegħed igawdi 53% tal-fiduċja tal-membri tar-Repubblikani, filwaqt li warajh jiġi l-kandidat Ron DeSantis li jgawdi fiduċja ta’ 16%.

Meta kien President tal-Istati Uniti Trump ra l-popolarità tiegħu tonqos ħafna tant li fl-2020 kien tilef l-elezzjoni minkejja li hu kien sostna li kien hemm frodi fil-voti.

Minn dakinhar ‘l hawn Trump ra l-popolarità tiegħu terġa’ tikber u hekk kif tressaq għall-ewwel darba l-Qorti n-nies żiedu sew fl-appoġġ tiegħu.

Ħafna qegħdin iqisu l-attentati biex Trump jinstab ħati u jintbgħat il-ħabs bħala tentattiv biex ma jikkontestax l-elezzjoni tas-sena d-dieħla.

L-eks President għandu rabtiet qawwija mal-President Russu Putin, tant li qiegħed isostni li wara 24 siegħa li jirbaħ l-elezzjoni s-sena d-dieħla l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukranja tieqaf għax skont hu “jaf eżatt x’għandu jgħid lill-mexxej Russu.”

Sport