Sunday, December 22, 2024

Trump iddikjarat rebbieħ ukoll f’Arizona

Aqra wkoll

Il-President-elett tal-Istati Uniti Donald Trump ġie ddikjarat rebbieħ f’Arizona, l-aħħar stat li kien għadu mhux deċiż fl-elezzjoni presidenzjali tal-ġimgħa li għaddiet, skont riżultati minn uffiċjali lokali.

Trump li kien kiseb il-270 vot tal-Kulleġġ Elettorali li kellu bżonn kmieni l-Erbgħa li għadda, issa r-riżultat finali qed juri li huwa mistenni li jikseb total ta’ 312-il vot kontra l-226 li kisbet Kamala Harris.

Fost stati oħra li ntrebħu minn Trump, u li kienu meqjusa li jistgħu jmorru fuq naħa jew oħra, hemm Michigan, Pennsylvania, Georgia, North Carolina, Wisconsin u Nevada.

Sadanittant fi stqarrija maħruġa s-Sibt li għadda mill-White House ntqal li l-President attwali Joe Biden se jkun qiegħed jiltaqa’ mal-President elett Donald Trump nhar l-Erbgħa li ġej.

F’dak li qed ikun meqjus bħala sinjal tal-impatt possibbli ta’ Trump fuq il-gwerra fl-Ukrajna, wieħed mill-konsulenti anzjani tiegħu qal li l-prijorità tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti għall-pajjiż se tkun il-kisba tal-paċi aktar milli tgħinha terġa’ tikseb it-territorju li jinsab f’idejn ir-Russja wara kważi tliet snin ta’ gwerra.

Ekonomija

Sport