Thursday, December 26, 2024

Trump iħabbar sospensjoni temporanja tal-immigrazzjoni lejn l-Amerika

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar fuq Twitter li fid-dawl taċ-ċirkostanzi preżenti, se jiffirma digriet biex jissospendi b’mod temporanju l-immigrazzjoni lejn l-Istati Uniti. 

Hu qal li d-deċiżjoni hi motivata minħabba l-attakk mill-għadu inviżibbli tal-Coronavirus. Saħaq li jrid jipproteġi l-postijiet tax-xogħol tal-pajjiż kbir Amerikan. 

Intant, l-eks-viċi President Joe Biden qal li Trump falla milli jaġixxi b’mod rapidu kontra l-pandemija u dan qed jiswa bil-kbir lill-Amerika. Qal li l-President Trump m’għandu ebda interess li jsolvi l-problema jew li jsalva l-ħajjiet tan-nies, u dan hekk kif fl-Istati Uniti hemm l-ogħla rati ta’ mwiet u infezzjonijiet. Barra hekk qal li diġà hemm madwar 22 miljun Amerikan li talbu sussidji minħabba li huma qiegħda. 

Fl-aħħar 24 siegħa, fl-Istati Uniti komplew mietu 1,433 persuna minħabba l-Coronavirus. Jidher li s’issa mietu aktar minn 42,000 persuna, filwaqt li ġew infettati aktar minn 784,000 persuna. 

Ekonomija

Sport