Hekk kif fl-aħħar sigħat ġiet konfermata r-rebħa ta’ Biden, Donald Trump ikkonċeda t-telfa u qal li se jkun hemm bidla ordnata fit-tmexxija.
Fi stqarrija maħruġa mill-White House, Trump mill-ġdid kompla bl-allegazzjonijiet dwar ir-riżultat tal-elezzjoni elettorali u qal li dan l-ewwel terminu tiegħu bħala President tal-Istati Uniti se jibqa’ mfakkar bħala l-aqwa wieħed fl-istorja. Twitter issospenda l-account tiegħu għal 12-il siegħa wara li kompla bl-allegazzjonijiet saħansitra wara l-kaos li kien hemm f’Capitol.
Ir-riżultat finali tal-elezzjoni presidenzjali kkonfermat mill-Kungress tal-Istati Uniti wara l-protesti li żvolġew f’Capitol huwa ta’ 306 vot favur Joe Biden u 232 voti tal-eletturi għal Donald Trump.
Biden mistenni jibda l-ħidma tiegħu bħala s-46 President Amerikan mill-20 ta’ Jannar li ġej.