Thursday, April 25, 2024

TTD 2022 – Gareth Southgate isejjaħ l-iskwadra tal-Ingilterra

Aqra wkoll

Jadon Sancho tneħħa mill-iskwadra tal-Ingilterra għall-aħħar żewġ logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja mill-manager Gareth Southgate wara bidu ħażin tal-karriera tiegħu ma’ Manchester United.

Southgate, li qabel kien iddikjara pubblikament li Sancho kien qed jitħabat biex iżomm postu mat-team nazzjonali peress li ma kienx qed jilgħab regolarment mal-United sa minn meta ngħaqad magħhom għas-somma ta’ £73 miljun, sejjaħ uffiċjalment l-iskwadra tiegħu l-Ħamis wara nofsinhar.

Jesse Lingard u Kieran Trippier ukoll tilfu posthom fl-iskwadra, filwaqt li Marcus Rashford u Jude Bellingham reġgħu ssejħu lura wara injuries.

It-Three Lions jiffaċċjaw żewġ konfronti finali ta’ Grupp I, kontra l-Albanija f’Wembley nhar il-Ġimgħa, 12 ta’ Novembru u partita away kontra San Marino it-Tnejn, 15 ta’ Novembru.

Southgate ifisser li n-nuqqas ta’ ħin ta’ logħob f’Old Trafford kienet l-unika raġuni għaliex kemm Sancho kif ukoll Lingard tilfu l-opportunità li jirrappreżentaw lil pajjiżhom din id-darba.

Huwa qal: ‘Jadon u Jesse mhux qed jilagħbu ħafna futbol meta mqabbla ma’ oħrajn fil-pożizzjonijiet tagħhom. In-nies jgħidu li jien inkonsistenti imma ma naħsibx li jien.’

‘Dawn iż-żewġ players fehmu l-pożizzjoni tiegħi meta tkellimt magħhom.’

Sport