Friday, April 26, 2024

Approvata l-ewwel pillola kontra l-virus tal-Covid-19

Aqra wkoll

Id-dinja għamlet pass importanti ‘l quddiem fil-ġlieda kontra l-Covid19  u dan hekk kif ġiet approvata l-ewwel pilloli kontra dan il-virus.  Din il-pillola fl-aħħar sigħat kienet approvata mir-Regolatur tal-Mediċini fir-Renju Unit. 

Il-Ministru responsabbli mis-Saħħa, Sajid Javid, f’dikjarazzjoni li ħareġ iddeskriva din il-pillola bħala ‘game changer’.  Hu ddeskriva l-jum li fih ġiet approvata din il-pillola bħala ‘jum storiku”. 

Il-mediċina għandha l-isem ta’ ‘Molnupiravir’, hi manifatturata minn Merck, Sharp & Dohme u minn Ridgeback Biotherapeutics. 

L-aġenzija regolatorja fir-Renju Unit qalet li din il-pillola hija sigura u effettiva sabiex tnaqqas in-numru ta’ pazjenti b’sintomi severi tal-COVID-19 li jkollhom bżonn il-kura fl-isptar.

Il-Ministru għas-Saħħa Ingliż, Sajid Javid ikkummenta li din se tħalli impatt pożittiv fuq bosta persuni vulnerabbli għall-virus, li fi ftit żmien ieħor se jkunu qed jirċievu dan it-trattament innovattiv.

Sa issa ir-Renju Unit ordna xejn inqas minn 480,000 minn din il-mediċina, li għandhom jintużaw sa l-aħħar tas-sena. 

Sport