Thursday, June 18, 2026

TTD 2026: Bidu pożittiv għall-Ingilterra

Aqra wkoll

INGILTERRA ……4

KROAZJA ………..2

L-Ingilterra kellhom bidu mill-aktar pożittiv għat-Tazza tad-Dinja 2026 meta għelbu lill-Kroazja bl-iskor ta’ 4-2.

Il-protagonista reġa’ kien Harry Kane (12 pen, 42) meta skorja doppjetta, bl-ewwel wieħed jasal minn penalty li kellu jingħata darbtejn wara li l-goalkeeper Kroat, Dominik Livakovic, salva t-tentattiv mill-11-il metru iżda kien ġudikat li ċċaqlaq minn fuq il-linja qabel l-eżekuzzjoni ta’ Kane. 

It-tieni goal wasal minn daqqa ta’ ras mill-cross ta’ Declan Rice … biex reġa’ ta l-vantaġġ ta’ 2-1 wara li Martin Baturina (36) skorja għall-Kroazja b’xutt minn tarf il-kaxxa. 

U wara li Petar Musa kiseb id-draw għall-Kroati fil-ħames minuta tal-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, wara l-mistrieħ l-Ingliżi skor­jaw darbtejn mingħajr risposta.

Appena għaddew żewġ minuti, Jude Bellingham venven xutt li spiċċa fir-rokna tas-saqaf tax-xibka filwaqt li ħames minuti mit-team Marcus Rashford issiġilla r-rebħa wara li kkumbina tajjeb ma’ Bukayo Saka. 

Ingilterra: Jordan Pickford, Nico O’Reilly, Ezri Konsa, John Stones (Marc Guehi 87), Reece James, Declan Rice (Morgan Rogers 72), Elliot Anderson, Anthony Gordon (Marcus Rashford 72), Jude Bellingham (Djed Spence 80), Noni Madueke (Bukayo Saka 72),  Harry Kane – Coach: Thomas Tuchel

Kroazja: Dominik Livakovic, Josko Gvardiol, Luka Vuskovic  (Marco Pasalic 66),  Josip Sutalo, Ivan Perisic, Petar Sucic, Luka Modric (Mateo Kovacic 58), Josip Stanisic, Martin Baturina (Nikola Vlasic 78), Mario Pasalic (Andrej Kramaric 79), Petar Musa (Igor Matanovic 68) – Coach: Zlatko Dalic

Referee: Clement Turpin (Franza) 

assistenti: Nicolas Danos, Benjamin Pages (Franza)

Raba’ Uff.: Katia Garcia (Messiku)

Skorers: H. Kane 12 pen, 42, J. Bellingham 47, M. Rashford 85 (I); M. Baturina 36, P. Musa 45 (K)

Ammoniti: Ħadd

Attendeza: 70,389

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport