Grupp G – Los Angeles
BELĠJU…….. 0
IRAN………… 0
Il-Belġju u l-Iran temmew fi draw missielet ta’ 0-0 liema riżultat ma kkuntenta lil ħadd.
Minkejja li fl-ewwel taqsima l-Belġjani kienu territorjalment aħjar u gawdew ħafna mill-pussess tal-ballun, kienu l-Iran li sabu x-xibka, fil-25 minuta, minn azzjoni perfetta ta’ free-kick li spiċċat b’Mehdi Taremi jixħet il-ballun fix-xibka iżda l-goal tħassar minħabba li l-attakkant Iranjan ġie ġġudikat li kien f’pożizzjoni millimetrika ta’ offside.
Fis-60 minuta, il-goalkeeper Iranjan, Alireza Beiranvand, wettaq save kbir fuq Maxim De Cuyper minn taħt il-lasti.
Fis-66 minuta, il-Belġju spiċċaw b’10 players meta tkeċċa Nathan Ngoy għal foul professjonali fuq Mehdi Taremi.
Belġju: Thibaut Courtois, Thomas Meunier (Timothy Castagne 58), Maxim De Cuyper, Brandon Mechele, Nathan Ngoy, Youri Tielemans, Nicolas Raskin (Hans Vanaken 58), Kevin De Bruyne (Matias Fernandez-Pardo 87), Leandro Trossard, Alexis Saelemaekers (Dodi Lukebakio 58), Romelu Lukaku (Arthur Theate 73) – Coach: Rudi Garcia
Iran: Alireza Beiranvand, Shoja Khalilzadeh, Ehsan Hajisafi (Milad Mohammadi 66), Saleh Hardani (Alireza Jahanbakhsh 46), Ali Nemati, Hossein Kanani, Ramin Rezaeian, Saman Ghoddos (Shahriar Moghanlou 78), Saeid Ezatolahi (Amirhossein Hosseinzadeh 85), Mohammad Mohebbi (Mehdi Torabi 66), Mehdi Taremi – Coach: Amir Ghalenoei
Referee: Dario Herrera (Arġentina)
assistenti: Christian Navarro, Gabriel Chad (Arġentina)
Raba’ Uff.: Yusuke Araki (Ġappun)
Skorers: Ħadd
Ammoniti: R. Lukaku (B); S. Ezatolahi (I)
Tkeċċa: N. Ngoy 66 (B)
Attendenza: 70,317

