Monday, June 22, 2026

TTD 2026: Cape Verde jkomplu jimpressjonaw

Aqra wkoll

Grupp H – Miami

URUGWAJ ………….2

CAPE VERDE ……..2

Cape Verde komplew il-vjaġġ tal-ħolm tagħhom fit-Tazza tad-Dinja 2026 meta temmew fi draw ta’ 2-2 kontra l-Urugwaj.

L-Afrikani reġgħu mpres­sjonaw fejn wara li marru fil- vantaġġ, huma sabu ruħhom minn taħt iżda mbagħad salvaw ir-riżultat.

Kien Kevin Lenini (21) li fetaħ l-iskor għal Cape Verde permezz ta’ free-kick mid-distanza.

Peró, f’temp ta’ ftit minuti, l-Urugwajani skorjaw darb­tejn biex daħlu jistrieħu jistrieħu fil-vantaġġ.

Fl-44 minuta, Maxi Araujo kiseb id-draw permezz ta’ daqqa ta’ ras filwaqt li fis-sitt minuta tal-ħin miżjud, Araujo niżżel il-ballun bir-ras lejn Augustin Canobbio li kien pront xeħet fix-xibka.

Madankollu, fil-61 minuta, Cape Verde kisbu d-draw minn Helio Varela li approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża Urugwajana.

Urugwaj: Fernando Muslera, Guillermo Varela, Mathias Oli­vera, Sebastian Caceres, Juan Manuel Sanabria, Rodrigo Bentancur, Manuel Ugarte (Nicolas De La Cruz 70), Agustin Canobbio, Federico Valverde, Maxi Araujo (Brian Rodriguez 81), Federico Vinas (Darwin Nunez 70)  – Coach: Marcelo Bielsa

Cape Verde: Vozinha, Steven Moreira, Pico Lopes, Diney Borges, Sidny Cabral, Kevin Lenini (Laros Duarte 71), Telmo Arcanjo (Deroy Duarte 46), Ryan Mendes, Jamiro Monteiro (Yannick Semedo 80), Garry Rodrigues (Helio Varela 58), Gilson Benchimol (Nuno Da Costa 58)  – Coach: Pedro Leitao Brito

Referee: Espen Eskas (Norveġja)

assistenti: Jan Erik Engan, Isaak Bashevkin (Norveġja)

Raba’ Uff.: Tori Penso (Norveġja)

Skorers: K. Lenini 21, H. Varela 61 (CV); M. Araujo 44, A. Canobbio 45 (U)

Ammoniti: A. Cabral, D. Borges (CV); R. Bentancur, M. Olivera (U)

Attendenza: 64,003

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport