Grupp G – Vancouver
NEW ZEALAND…….. 1
EĠITTU………………. 3
Mohamed Salah niżżel ismu fost l-iskorers u rreġista assist hekk kif l-Eġittu rnexxielhom idawru telfa f’rebħa biex għelbu lil New Zealand bl-iskor ta’ 3-1 … biex kitbu l-istorja hekk kif kienet l-ewwel waħda fl-istorja tat- Tazza tad-Dinja.
Fil-passat, il-Farawni ma rreġistraw l-ebda rebħa fl-edizzjonijiet tal-1934, 1990 jew tal-2018, u wara prestazzjoni pjuttost medjokri fl-ewwel taqsima, deher li din is-sensiela twila kienet se tkompli.
Dan wara li Finn Surman (15) fetaħ l-iskor għal New Zealand permezz ta’ daqqa ta’ ras minn azzjoni ta’ corner.
Madankollu, fit-58 minuta, Mostafa Ziko rreċiproka b’daqqa ta’ ras oħra mill-cross ta’ Mohamed Hany biex kiseb id-draw għall-Eġizzjani.
Fis-67 minuta, huma marru fil-vantaġġ meta Mohamed Salah bidel il-ballun ma’ Ziko qabel xeħet fix-xibka.
Fit-82 minuta, Trezeguet issiġilla r-rebħa meta mill- corner ta’ Salah għeleb lil Max Crocombe b’daqqa ta’ ras.
New Zealand: Max Crocombe, Tim Payne (Tyler Bindon 85), Michael Boxall, Finn Surman, Liberato Cacace (Jesse Randall 76), Joe Bell, Marko Stamenic, Callum McCowatt (Ben Old 66), Sarpreet Singh (Ryan Thomas 76), Elijah Just (Francis De Vries 85), Chris Wood – Coach: Darren Bazeley
Eġittu: Mostafa Shobeir, Mohamed Hany, Yasser Ibrahim, Hamdi Fathy (Rami Rabia 41), Ahmed Fatouh, Mohanad Lasheen, Marwan Attia, Mostafa Ziko (Hamza Abdelkarim 76), Mohamed Salah (Hossam Abdelmaguid 85) (Mohamed Abdelmoneim 92), Emam Ashour (Zizo 85), Omar Marmoush (Trezeguet 76) – Coach: Hossam Hassan
Referee: Omar Al Ali (UAE)
assistenti: Mohamed Alhammadi (UAE), Taleb Al Marr (Qatar)
Raba’ Uff.: Kevin Ortega (Perú)
Skorers: F. Surnam 15, M. Ziko 58, M. Salah 67, Trezeguet 82 (E)
Ammoniti: M. Lasheen (E); S. Singh, C. McCowatt (NZ)
Attendenza: 52,497

