BRAŻIL……… 3
HAITI…………0
Brażil għelbu lil Haiti bl-iskor ta’ 3-0 biex dawn tal-aħħar saru l-ewwel team li ġie eliminati.
Żewġ goals minn Matheus Cunha (23, 36) u ieħor mill-isbaħ ta’ Vinicius Jr (45) – li kollha waslu qabel il- mistrieħ – aċċertaw ir-rebħa għall-Brażil.
Il-wirja tas-Selecao fit-tieni taqsima kienet waħda medjokri, tant, li ma ġiex indirizzat xutt lejn il-lasti avversarji … filwaqt li Haiti kellhom seba’ tentattivi f’dan il-perjodu.
Għaldaqstant wieħed irid jara kemm verament il-Brażil huma qawwija biżżejjed biex ikunu fost l-isfidanti għar- rebħ tal-aqwa unur fid-dinja.
Brazil: Alisson Becker, Danilo, Marquinhos, Gabriel Magalhaes, Douglas Santos, Bruno Guimaraes, Casemiro, Lucas Paqueta (Gabriel Martinelli 64), Raphinha (Rayan 40), Vinicius Junior (Danilo Santos 81), Matheus Cunha (Endrick 64) – Coach: Carlo Ancelotti
Haiti: Johny Placide, Martin Experience, Jean-Kevin Duverne, Hannes Delcroix, Ricardo Ade, Carlens Arcus (Dominique Simon 46), Josue Casimir (Louicius Deedson 62), Danley Jean Jacques, Ruben Providence (Lenny Josep 71), Jean-Ricner Bellegarde (Derick Etienne Jr 81), Frantzdy Pierrot (Wilson Isidor 46) – Coach: Sebastien Migne
Referee: Alejandro Hernandez Hernandez (Spanja)
assistenti: José Enrique Naranjo Pérez, Diego Sanchez Rojo (Spanja)
Raba’ Uff.: Sandro Scharer (Svizzera)
Skorers: M. Matheus Cunha 23, 36), Vinicius Jr 45 (B)
Ammoniti: C. Arcus, F. Pierrot, D. Jacques (C); D. Santos (B)
Attendenza: 68,324

