Saturday, June 20, 2026

TTD 2026: Il-Marokk viċin li jikkwalifikaw għall-Fażi Eliminatorja

Aqra wkoll

SKOZJA…………. 0

MAROKK………… 1

L-Iskozja sofriet goal wara biss 70 sekonda biex ġew megħluba bl-iskor ta’ 1-0 mill-Marokk li prattikament qatgħu l-passaġġ għar-round li jmiss.

Kien bidu diżastruż għat-team immexxi mill-coach, Steve Clarke, hekk kif indeċiżjoni fid-difiża ppermettiet lil Ismael Saibari jixħet il-ballun fix-xibka.

Din it-telfa qatlet kull entużjażmu fil-kamp u fost il-partitarji Skoċċiżi hekk kif issa jridu rebħa kontra l-Brażil fit-tentattiv li jkomplu javvanzaw.

Fil-veritá, il-Marokk kien jimmeritahom it-tliet punti minħabba li kienu territorjalment aħjar matul il-partita kollha.

Skozja: Angus Gunn, Grant Hanley, Jack Hendry, Kieran Tierney (Ben Gannon-Doak 60), Scott McTominay, Andy Robertson, Nathan Patterson (Anthony Ralston 89), Lewis Ferguson, John McGinn (Ross Stewart 89), Che Adams (Lyndon Dykes 71), Ryan Christie (Kenny McLean 71)  – Coach: Steve Clarke

Marokk: Yassine Bounou, Noussair Mazraoui, Issa Diop, Achraf Hakimi, Chadi Riad, Neil El Aynaoui, Azzedine Ounahi (Samir El Mourabet 93), Bilal El Khannouss (Chemsdine Talbi 84), Ayyoub Bouaddi, Brahim Diaz (Ayoube Amaimouni-Echghouyab 84), Ismael Saibari (Soufiane Rahimi 84)  – Coach: Mohamed Ouahbi

Referee: Ilgiz Tantashev (Uzbekistan)

assistenti: Andrey Tsapenko, Timur Gaynullin (Uzbekistan)

Raba’ Uff.: Adham Makhadmeh  (Ġordan)

Skorer: I. Saibari 2 (M)

Ammoniti: A. Robertson (S); I. Diop (M)

Attendenza: 64,146

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport