Grupp F – Dallas
OLANDA…………..2
ĠAPPUN…………. 2
Il-Ġappun irkupraw darbtejn minn żvantaġġ biex temmew fi draw ta’ 2-2 kontra l-Olanda.
It-Tulipani fetħu l-iskor minn daqqa ta’ ras ta’ Virgil van Dijk (51) iżda Keito Nakamura kiseb id-draw sitt minuti wara b’xutt fil-baxx.
Fl-64 minuta Crysencio Summerville reġa’ tefa’ lill-Olandiżi fil-vantaġġ meta daħal fil-kaxxa u xeħet fir-rokna tax-xibka.
Peró, fit-88 minuta, Daichi Kamada salva r-riżultat għall-Ġappuniżi b’daqqa ta’ ras minn azzjoni ta’ corner.
Olanda: Bart Verbruggen, Micky van de Ven, Virgil van Dijk, Jan Paul van Hecke, Denzel Dumfries, Tijjani Reijnders (Quinten Timber 70) , Frenkie de Jong, Ryan Gravenberch (Nathan Ake 81), Cody Gakpo (Brian Brobbey 85), Donyell Malen (Memphis Depay 70), Crysencio Summerville (Teun Koopmeiners 70) – Coach: Ronald Koeman
Ġappun: Zion Suzuki, Hiroki Ito, Shogo Taniguchi, Tsuyoshi Watanabe (Takehiro Tomiyasu75), Keito Nakamura, Daichi Kamada, Kaishu Sano, Ritsu Doan (Yukinari Sugawara 75), Daizen Maeda (Junya Ito 66), Takefusa Kubo (Koki Ogawa 75), Ayase Ueda (Kento Shiogai 84) – Coach: Hajime Moriyasu
Referee: Ismail Elfath (Stati Uniti)
assistenti: Corey Parker, Kyle Atkins (Stati Uniti)
Raba’ Uff.: Katia Garcia (Messiku)
Skorers: V. van Dijk 51, C. Summerville 64 (O); K. Nakamura 57, D. Kamada 88 (Ġ)
Ammoniti: C. Summerville M. Depay, M. van de Ven (O)
Attendenza: 69,285



