F’partita mill-aktar tensa, barra minn darhom l-Arġentina għelbu lil Brażil bl-iskor ta’ 1-0, valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2026.
Din kienet l-ewwel telfa tal-Brażil f’darhom fil-kwalifikazzjoni ta’ din il-kompetizzjoni, logħba li ġiet ittardjata minħabba ġlied bejn il-partitarji fl-istands.
Ħafna partitarji marru fil-Maracana biex jaraw lil Lionel Messi fl-aħħar partita tiegħu fil-Brażil. Iżda minflok, raw lil Nicolas Otamendi jiskorja l-uniku gowl tal-partita.
Kienet it-tielet telfa konsekuttiva tal-Brażil f’dan it-tournament li jintlagħab fil-formta ta’ round robin … biex b’hekk din kienet daqqa ta’ ħarta oħra għall-coach il-ġdid, Fernando Diniz.
Kienet ukoll l-ewwel darba mill-2009 li għall-ħames darba, il-Brażiljani naqsu milli jiskorjaw f’darhom.
Messi ġie sostitwit, fis-78 minuta, fost ovazzjoni mill-partitarji Arġentini u bbuwjar minn dawk Brailjani.