Sunday, November 24, 2024

TTD 2034: Players jistgħu jirtiraw minħabba pressjoni ta’ xogħol

Aqra wkoll

Teżisti possibbiltá kbira li l-players li se jiġu msejħa biex jilagħbu għal pajjiżhom fit-Tazza tad- Dinja 2034, liema fażi finali se tintlagħab fl-Arabja Saw­dija, jistgħu jirtiraw min­ħabba kwistonjiet ta’ xogħol u konġestjoni ta’ logħbiet.  

Dan qalu l-kap tal-Professional Footballers’ Association  wa­ra li sar magħruf li dan it-tournament se jintlagħab fix-xhur tax-xitwa, bħal ma kien f’Novembru li għadda fil-Qatar. 

Players li jkollhom pres­sjoni żejda minħabba li jkunu qed jaħdmu aktar sigħat, jistgħu jitilqu mit- Tazza tad-Dinja.

Hija ħaġa ċerta li l-Arabja Sawdija se tospita l-fażi finali li se jikkawża tibdil ieħor fil-kalendarju.

Aktar kmieni nhar it- Tlieta, il-pajjiż tal-Lvant Nofsani kien ikkonfermat bħala l-uniku offerent għat- tournament tal-2034, li jfis­ser li huwa inevitabbli li l-avveniment – ​​kif kien fil-Qatar is-sena l-oħra – isir fix-xitwa u f’nofs l-istaġuni Ewropej.

Il-kap eżekuttiv tal-PFA, Maheta Molango, jemmen li, flimkien ma‘ kalendarju li dejjem jikber, jista’ jara xi wħud mill-aqwa players tad-dinja jieqfu jilagħbu għall-pajjiżi tagħhom.

Molango sostna li t-Tazza tad-Dinja tiġi biex naraw l-aqwa players tad-dinja jilagħbu kontra xulxin f’tournament wieħed. 

Iżda din is-sitwazzjoni xejn ma hi se tgħin din il-kwistjoni minħabba li l-players ikunu eżawriti. 

Sport