Ġappun ………1
Svezja ………..2
L-Isvezja għaddew għas-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2023 meta għelbu lill-Ġappun bl-iskor ta’ 2-1 li kienu fost il-favoriti li jirbħu dan it-tournamet.
Huma mill-ewwel dehru demoralizzati meta Amanda Ilestedt (32) fetħet l-iskor filwaqt li Filippa Angeldahl (51) irdoppjat għall-Isvediżi minn penalty.
Imbagħad, fis-76 minuta, il-Ġappuniżi setgħu daħlu fil-logħba meta ngħataw penalty iżda t-tentattiv ta’ Riko Ueki ħabat mal-lasta.
U bil-ħin għaddej, huma dehru ferm frustrati jiġru wara r-riżultat. Anke jekk tliet minuti mit-tmiem huma naqqsu l-marġni tal-iskor minn Honoka Hayashi, xorta waħda ma kienx fadal ħin biex setgħu jsalvaw il-logħba.
Huma kellhom ukoll xutt ta’ Aoba Fujino jaħbat mal-lasta filwaqt li Stina Blackstenius għamlet l-impossibbli meta minn taħt il-lasta xeħtet għoli.
Fis-semi-finali, l-Isvediżi jiltaqgħu kontra r-rebbieħ bejn l-Ingilterra u l-Kolumbja.