Monday, May 13, 2024

Tmut Angele, omm ta’ żewġt itfal

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt ta’ Angele, omm ta’ żewġt itfal li tul dawn l-aħħar 4 snin kienet qiegħda tiġġieled il-marda tal-kanċer.

Angele de Leuw Muscat mietet fl-età tal 34 sena.

F’April li għadda Angele De Leuw Muscat kitbet fuq il-midja soċjali li f’dik il-ġimgħa kienet irċiviet l-aħbar li “t-tumur tas-sider reġa’ beda jikber u f’moħħi issa dehru żewġ tumuri ġodda. Anke jekk din kienet aħbar diffiċli biex tiġi pproċessata, issa ddeċidejt li nħaddan dak kollu li ġej b’imħabba. Jien ċert li l-Univers qed jaħdem fl-aħjar interess tiegħi u għalhekk se nafda b’mod sħiħ dan il-proċess.”

Angele minkejja kull tbatija li kienet għaddejja minnha baqgħet pożittiva sal-aħħar.

Sport