Monday, May 13, 2024

TTD tan-Nisa: Franza jirbħu partita divertenti

Aqra wkoll

Panama …….. 3

Franza ………. 6

Franza rebħu dan il-grupp meta rreġistraw it-tielet rebħa minn daqstant partiti hekk kif din id-darba għelbu lil Panama bl-iskor ta’ 6-3 f’partita mill-aktar divertenti. 

Minkejja li kellhom bosta players imserrħa, il-Franċiżi kienu tajbin biżżejjed biex komplew għaddejjin bis-sensiela pożittiva. 

Il-protagonista ta’ din ir-reb­ħa kienet Kadidiatou Diani (28, 37 pen, 52) li rreġistrat hat-trick, bil-goals l-oħra jaslu Maelle Lakrar (21), Lea Le Garrec (45) u Vicki Becho (100), filwaqt li l-iskorers għal Panama kienu Marta Cox (2), Yomira Pinzon (64) u Lineth Cedeno (87).  

Sport