Monday, May 13, 2024

TTD tan-Nisa: L-Ingilterra jirbħu Grupp E

Aqra wkoll

Ċina ………………1

Ingilterra ……….6

B’wirja ta’ champions Ewropej, quddiem attendenza ta’ 13,297, l-Ingilterra għelbu liċ-Ċina bl-iskor kbir ta’ 6-1 biex ikkwalifikaw mal-Aħħar 16 hekk kif rebħu Grupp B b’punti massimi minn tliet partiti. 

L-attakkanta ta’ Chelsea, Luaren James (41, 65) kienet l-ispirazzjoni tal-Lionesses b’wirja eċċezzjonali li nkurunata b’zewġ goals. 

L-erba’ goals l-oħra waslu minn Alessia Russo (4), Luaren Hemp (26), Chloe Kelly (77) u Rachel Daly (84).

Iċ-Ċina, li sfaw eliminati, skorjaw permezz ta’ Wang Shuang (57) minn penalty li ġie ordnat wara verifikazzjoni tal-VAR hekk kif Lucy Bronze ġiet iġġudikata li messet il-ballun b’idha. 

Sport