Wednesday, April 24, 2024

Tuneżin jaqa’ madwar sular u jsofri ġrieħi gravi

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tal-10:30 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien  għadu kemm ittieħed raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi  Trejqet l-Għaxra ta’ Awwissu, San Lawrenz, Għawdex. 

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li  fil-ħin tal-inċident, Tuneżin ta’ 60 sena waqa’ madwar sular waqt li kien qed jaħdem. 

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.  

Sport