Thursday, November 21, 2024

Turista tammetti li tajret mara u baqgħet sejra fil-Marsa

Aqra wkoll

Spanjola kienet immultata €800 u kellha l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal tliet xhur wara li ammettiet li tajret mara u telqet minn fuq il-post.

Rosa Josa Carbonell tressqet il-qorti quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello fejn ammettiet li s-Sibt, fi Triq Nerik Sacco fil-Marsa, saqet karozza bi traskuraġni, tajret mara u kkaġunatilha ġrieħi ħfief.

Hija ammettiet għall-akkużi miġjubin kontriha għalkemm qalet li ma tiftakarx kif seħħ l-inċident.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Elisia Scicluna.

Sport