Sunday, December 22, 2024

Turista tispiċċa ħażin wara li xadina gidmitilha subajha għax ħasbitu karawetta

Aqra wkoll

Turista Ingliża li waqt li kienet qegħda fuq btala u marret titma’ lix-xadini spiċċat b’xena li żgur mhux forsi li ma kinitx qed tistenna.

Tasmin Tricker li kienet fuq vaganza ta’ sitt ijiem fil-Marokk ma’ ħabiba x-xahar li għadda meta marret għal vjaġġ ta’ jum lejn il-Washington. Iż-żagħżugħa ta’ 26 sena kienet qed titma’ xadina, li f’ħin minnhom iddeċidiet li taqbeż fuq rasha.

Ix-xadina qabdet id Tasmin u waqt li kienet qed tibla’ l-karawett, gidmet subajn Tasmin bħallikieku kien xi karawetta.

Hi rnexxielha taqbad dak li għamlitilha x-xadina permezz ta’ filmat, li meta xandritu fuq il-midja soċjali, ġie segwit kważii minn 2.4 miljuni.

Ekonomija

Sport