Tuesday, November 26, 2024

Tużax dan iż-żejt għax fih livelli għoljin ta’ 3-MCPD

Aqra wkoll

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ 3-MCPD.
 
It-3-MCPD huma grupp ta’ kontaminati li jiffurmaw waqt li jkunu qed jiġu proċessati ż-żjut tal-ikel. F’livelli għoljin dawn jistgħu ikollhom effetti negattivi fuq is-sistema riproduttiva tal-bniedem, kif ukoll jistgħu jkunu karċinoġeni.

Isem tal-prodott: Zomi Palm Oil
Ditta: Bigi-mama
Data tad-durabbiltà: 25/06/2025
Lott: A2001
Volum: 1litru
Deskrizzjoni tal-maħfen: Flixkun tal-plastik

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat e-meil fuq [email protected].

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

Sport