Tuesday, May 14, 2024

It-titjiriet kanċellati minħabba l-ajruplan li ntlaqat minn għasafar se jsiru għada

Aqra wkoll

Fil-31 ta’ Diċembru, it-titjira KM377 tal-Air Malta minn Berlin lejn Malta esperjenzat impatt ma’ tjur ftit tal-ħin wara t-tluq. Dan wassal biex l-ajruplan kellu jdur lura lejn l-ajruport.

Dan it-tfixkil irriżulta li kellha tiġi kkanċellata t-titjira KM466/467: Malta – Paris Orly – Malta, fl-ewwel jum tas-sena. Il-klijenti kollha f’Malta u f’Pariġi ġew ipprovduti b’akkomodazzjoni. It-titjiriet huma mistennija li jsiru għada t-Tlieta 3 ta’ Jannar filgħaxija.

Fi stqarrija li għamlet l-Air Malta qalet li l-passiġġieri twasslu Malta fl-ewwel jum ta’ Jannar, filwaqt li l-ajruplan jinsab Berlin sabiex issir it-tiswija li l-ajruplan għandu bżonn.

L-inċident ikkawża tfixkil fl-operazzjoni tat-titjiriet, speċjalment it-titjiriet li kienu skedati għall-ewwel ta’ Jannar. Fl-istess stqarrija, l-Air Malta skużat ruħha għal kull inkonvenjent, filwaqt li assigurat li s-sigurta’ tibqa’ prijorita għall-kumpanija.

Sport