Tuesday, May 14, 2024

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel kellu jittieħed l-isptar wara li għall-ħabta tal-10:00 a.m. kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 40 sena residenti Birkirkara, kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u waqa’.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku sakemm iktar tard seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport