Sunday, December 22, 2024

Tweġġa’ gravi ma’ grada wara li żelqet fil-Fgura

Aqra wkoll

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-9:30 p.m., il-Pulizija ntalbet biex tassisti fi Triq is-Sur, il-Fgura, minħabba li kien għadu kemm seħħ inċident.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tfajla ta’ 13-il sena żelqet waqt li kienet miexja b’konsegwenza li weġġgħet ma’ grada tal-ħadid ta’ residenza privata.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku ssejħu fuq il-post sabiex jassistu lit-tfajla li nqabdet mal-grada. Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post u aktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport