Mara kellha tiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:30 a.m., kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kulleġġ l-Antik kantuniera ma’ Triq it-Torri, Tas-Sliema.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 65 sena residenti l-Gżira ntlaqtet minn vann tal-għamla Isuzu Elf li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 33 sena residenti Birkirkara.
Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.